Friday, April 19, 2024

Ousmane Dembele jibqa’ segwit minn clubs kbar fl-Ewropa

Aqra wkoll

Bayern Munich ingħaqdu ma’ Manchester United u Chelsea fit-tellieqa biex is-sena d-dieħla jakkwistaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele.

L-internazzjonali Franċiż għadu ma ffirmax ftehim ġdid fil-Camp Nou, li jfisser li, se jkun jista’ jidħol f’diskussjonijiet ma’ clubs barranin dwar pre-kuntratt f’Jannar.

Man United u Chelsea huma maħsuba li għandhom interess qawwi fir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, li dan l-istaġun ġie ristrett għal sitt dehriet biss fuq livell ta’ club minħabba injury.

Madankollu, Bayern jinsabu wkoll fit-tellieqa għall-attakkant, bil-club Ġermaniż jiffaċċja l-possibbiltà li jitlef lil Kingsley Coman.

Dembele skorja 30 goal u rreġistra 21 assist f’123 dehra ma’ Barcelona minn meta ngħaqad mal-ġganti Katalani mingħand Borussia Dortmund f’Awwissu tal-2017.

Juventus u Newcastle United ġew ukoll akkreditati b’interess fil-player ta’ 24 sena, li huwa mifhum li mhux lest li jaċċetta l-ftehim li tpoġġa fuq il-mejda mill-club attwali tiegħu.

Sport