Sunday, December 22, 2024

“L-hekk imsejjaħ żvilupp ħażin se jkun qiegħed iseħħ grazzi għal dak li għamel il-PN fil-Gvern”

Aqra wkoll

“Faċli li mmorru nippreżentaw ruħna man-nies, ngħidulhom ħafna affarijiet, noqogħdu nippreżentaw rwieħna li se niddefendu lin-nies mill-hekk imsejjaħ iżvilupp ħażin meta dan l-Iżvilupp se jkun qiegħed iseħħ grazzi għal dak li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern”, Iddikjara dan il-Ministru għax-Xogħlijiet pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit rigward il-bżonn ta’ reviżjoni tas-sistema tal-Ippjanar.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru konċernat rigward l-eżerċizzju tal-local plans li sar 17-il sena ilu u li nnota li jidher li gvern Laburista kien jaqbel u 

Min-naħa tiegħu l-Ministru Zrinzo Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni tgħid ħafna affarijiet però jeħtieġ li din tkun ċara magħhha nnifisha u man-nies. Huwa qal li l-Oppożizzjoni qiegħda titkellem u tikkritika xi ħaġa li kien il-gvern Nazzjonalista fl-2006 li għamel dawk il-local plans.

“Aktar minn hekk ma tistax tagħmel dikjarazzjonijiet fuqhom u mbagħad meta l-kollega jiġi mistoqsi jekk art li ddaħħal għall-iżvilupp fl-2006 huwiex se jinħareġ jew le jgħidilna li mhux se jinħareġ. Bħalma qal il-Kap tal-Oppożizzjoni qabel l-aħħar elezzjoni meta qal li jiena ma noħroġ l-ebda art li ddaħħlet fl-2006”, tenna l-Ministru filwaqt li qal li l-Oppożizzjoni kienet, għada u se tibqa’ tidħak bin-nies u għalhekk din m’għandhiex fiduċja fihom.

Ekonomija

Sport