Friday, May 3, 2024

Żewġ midalji fl-isquash … deheb u fidda

Aqra wkoll

Fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Malta se tirbaħ żewġ midalji oħra hekk kif il-finali tal-isquash se tkun kontestata bejn żewġ aħwa – Colette u Lijana Sultana. Colette Sultana rebħet id-deheb fis-singles tan-nisa wara finali mill-isbaħ kontra oħtha Lijana.

Fl-ewwel semi-finali, Colette għelbet liċ-Ċiprijotta Vaso Karasava filwaqt li Lijana rebħet lil Sandra Denis tal-Lussemburgu 2-1.

Diżappunt fl-isquash hekk kif il-logħba tal-midalja tal-Bronż fis-singles tal-irġiel spiċċat qabel l-ewwel serve wara konferma li Niall Engerer ta’ Malta ma setax jikkompeti minħabba injury. Madankollu, dan fisser li Kijan Sultana kiseb il-Bronż, biex b’hekk  Malta żiedet midalja oħra mal-lista.

Sport