Tuesday, May 14, 2024

L-ekonomija Maltija tikber b’3.1% fl-ewwel kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija kibret b’darbtejn u nofs aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Stimi proviżorji maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-Prodott Domestiku Gross (GDP) f’dan il-perjodu kien jammonta għal €4.3 biljun, li jfisser żieda ta’ €358.8 miljun, jew 9.1%, meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena 2022. F’termini ta’ volum il-GDP żdied b’3.1%.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li t-tkabbir ekonomiku tqassam fi kważi €150 miljun li marru f’żieda fis-salarji tal-ħaddiema, €117.3 miljun fi qligħ għan-negozji u aktar minn €92 miljun f’taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

B’reazzjoni fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela nnota li dan it-tkabbir ekonomiku wasal permezz tas-sussidju li qed jagħti l-Gvern fil-prezzijiet tal-enerġija, li wassal biex l-industrija u s-servizzi kompla jikbru b’mod b’saħħtu.

Sport