Saturday, December 28, 2024

“L-ikbar dispjaċir huwa li se nkun waħdi kontra avversarju b’saħħtu li se jkollu sapport sħiħ”

Kersten Mercieca fi triqtu lejn il-Kanada għal supermatch tal-armwrestling

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għal darba oħra sejjer nirrappreżenta lil pajjiżi bil-bandiera tagħna u kontra qalbi ngħid li se jkolli mmur waħdi għax għajnuna finanzjarja iebsa biex issib”. Iddikjara dan Kersten Mercieca l-armwrestler Malti li fl-aħħar xhur irnexxielu jpoġġi isem pajjiżna ’l fuq f’dan l-isport wara li rkupra tajjeb minn injury fil-bicep.

Mercieca jinsab fi triqtu lejn Toronto fil-Kanada biex jisfida lil atleta stabbilit f’dan l-isport Allen Ford – li hu sejjaħlu bħala fenomenu – is-Sibt li ġej filgħaxija. Huwa rringrazzja lil Fort Fitness għal għajnuna li sab min-naħa tagħhom.

“Hemmhekk fil-corner miegħi se nkun qisni qiegħed waħdi kontra atleta li se jkun f’pajjiżu. Jien mhux se naqta’ qalbi. Bis-saħħa tiegħi u ta’ erbgħa minn sħabi li għenuni nasal s’hawn. Pruvajt fuq li pruvajt, inħoss li l-enerġija li fadalli għandi ninvestiha fiha nnifsi għax s’issa l-għajta dejjem waqgħet fuq widnejn torox. Grazzi ta’ kollox jiena se nagħmel mill-aħjar”, temm Mercieca.

F’isem it-tim kollu ta’ Talk.mt aħna nawguraw lil Kersten l-aqwa riżultat.

Ekonomija

Sport