Friday, December 13, 2024

L-ilbies tal-maskri se jkun obbligatorju fl-iskejjel Ingliżi

Aqra wkoll

Il-gvern Ingliż ħabbar li l-maskri għandhom jintlibsu fl-iskejjel sekondarji bil-għan li b’hekk jitnaqqas it-tixrid tal-varjant Omicron.

Qabel l-istudenti tas-sekondarja fl-Ingilterra kellhom jilbsu l-maskri fil-kurituri tal-iskola biss, iżda l-Gvern ħaseb biex tiġi introdotta din il-miżura temporanja anke bil-għan li tkun ta’ għajnuna ħalli l-iskejjel jibqgħu miftuħa.

Sadanittant, sitt unjins Ingliżi talbu biex tittieħed azzjoni urġenti biex jitnaqqas it-tixrid tal-virus. F’dan ir-rigward, dawn l-unjins, li jirrappreżentaw lill-għalliema, wissew dwar il-fatt li jekk ma jittieħdux aktar miżuri, l-eżamijiet nazzjonali jistgħu jiġu affettwati u jitpoġġew f’riskju.

S’issa, l-Ingilterra kienet l-uniku post mill-erba’ nazzjonijiet tar-Renju Unit fejn l-ilbies tal-maskri ma kienx obbligatorju għall-istudenti fil-klassijiet.

Ekonomija

Sport