Friday, July 12, 2024

L-iljunfanti jsejħu lil xulxin b’isimhom

Aqra wkoll

Studju ġdid li għadu kemm ġie ppubblikat jiżvela aspett interessanti ferm dwar l-iljunfanti. Bħal bniedem, l-iljunfanti jsejħu lilhom infushom b’isimhom.
Riċerkaturi analizzaw 469 “għajta” tal-iljunfanti li jgħixu fis-selvaġġ fil-Kenja.

Permezz tal-Inteliġenza Artifiċjali sabu li ħafna minn dawn l-għajat ikunu partikolari u għal kull għajta partikolari jirrispondi iljunfant partikolari.
Meta r-riċerkaturi permezz tal-inteliġenza artifiċjali ħolqu l-istess għajta, kienu l-istess ijunfanti li rrispondew għal dak il-ħoss. Dan l-istudju ġie ppublikat fil-ġurnal Nature Ecology and Evolution.

Michael A. Pardo li mexxa din ir-riċerka qal li l-injunfanti jirċievu ħoss u jkunu jafu jekk dak il-ħoss hux għalihom jew le. Dawn il-ħsejjes li hemm aktar minn 450 huma kollha differenti u dan iwassal għal konklużjoni li kull iljunfant jingħata isem partikolari li l-iljunfanti l-oħrajn ikunu jafu li għandu jisejjaħ bih.

Ir-riċerkaturi għamlu 14-il xahar fil-Kenja jistudjaw fuq l-iljunfanti. Ir-riċerka kienet maqsuma fuq żewġ fażijiet. L-ewwel waħda saret aktar kmieni din is-sena fejn ġew irrekordjati diversi ħsejjes tal-iljunfanti. Aktar minn hekk dan l-istudju sar f’partijiet differenti tal-Kenja u minn dawn il-ħsejjes partikolari ħareġ ċar li kull iljunfant għandu isem partikolari u jirrispondi għal dak l-isem.

Jirriżulta wkoll li huma jkollhom bond ma’ iljunfanti partikolari. Bħan-nies huma jipprovaw jibnu relazzjoni (bond) ma’ iljunfant li jħossuhom komdi l-aktar miegħu u dan ġie approvat fir-riċerka.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport