Il-kantanta Għawdxija Deborah C, ħarġet kanzunetta ġdida bil-Malti. Il-kanzunetta ”Ħabbejtek” li għandha lirika ta’ Keith Zammit titratta dwar l-imħabba bejn l-omm u uliedha. Fuq il-mużika tal-kanzunetta ħadem Samuel Bugia Garrido.
Il-kanzunetta hija ddedikata lil bintha Dianna Lor li hija l-ewwel tarbija tal-Għawdxija u skont kif tkanta fl-istess kanzunetta kienet “nixxiegħa bla tmiem” u li kompliet tagħtiha skop għalxiex tgħix.
Il-kantanta tgħid li l-imħabba tal-omm m’għandhiex kundizzjonijiet għax kull omm tasal tagħmel kollox biex tipproteġi lil uliedha “f’imħabba pura”.