Wednesday, April 24, 2024

Strateġija ġdida għal servizz pubbliku aktar b’saħħtu

Aqra wkoll

Bl-għan li s-servizzi pubbliku jibqgħu jagħti servizz tal-għola livell, il-Gvern nieda strateġija ġdida għas-Servizz Pubbliku.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar spjega kif din l-istrateġija, bl-isem ‘Lejn Servizz ta’ Eċċellenza’, se tkun maqsuma fuq perjodu ta’ ħames snin u tinkludi fiha xejn inqas minn 45 inizjattiva.

Is-Segretarju Permanenti qal li “din l-istrateġija se tkun maqsuma wkoll skont temi differenti li se jservu bħala programm ta’ ħidma biex titwettaq din il-viżjoni fiż-żmien stipulat.”

Fid-diskors tiegħu hu enfasizza id-diversi kisbiet li għamel is-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin fosthom il-fiduċja li kompliet tissaħħaħ fl-amministrazzjoni pubblika u r-rikonoxximenti internazzjonali fosthom fl-e-government, is-servizzi diġitali tal-Gvern.

Iddikjara li din l-istrateġija ġdida flimkien mal-proċess ta’ tiġdid li għadda minnu s-Servizz Pubbliku bejn is-sena 2013 u s-sena 2021 huma dokumentati f’żewġ pubblikazzjonijiet separati u li jistgħu jiġu aċċessati b’mod elettroniku mis-sit tas-servizz pubbliku.

Sport