Monday, April 22, 2024

“L-imħabba ta’ omm m’għandhiex kundizzjonijiet” – Deborah C b’kanzunetta ġdida

Aqra wkoll

YouTube video

Il-kantanta Għawdxija Deborah C, ħarġet kanzunetta ġdida bil-Malti. Il-kanzunetta ”Ħabbejtek” li għandha lirika ta’ Keith Zammit titratta dwar l-imħabba bejn l-omm u uliedha. Fuq il-mużika tal-kanzunetta ħadem Samuel Bugia Garrido.

Il-kanzunetta hija ddedikata lil bintha Dianna Lor li hija l-ewwel tarbija tal-Għawdxija u skont kif tkanta fl-istess kanzunetta kienet “nixxiegħa bla tmiem” u li kompliet tagħtiha skop għalxiex tgħix. 

Il-kantanta tgħid li l-imħabba tal-omm m’għandhiex kundizzjonijiet għax kull omm tasal tagħmel kollox biex tipproteġi lil uliedha “f’imħabba pura”.

Sport