Sunday, November 24, 2024

“L-imħabba tmur lil hinn mill-mewt u l-qabar”- l-Arċisqof Charles Scicluna

Aqra wkoll

Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha, li saret dalgħodu fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Ikkonċelebra Patri Aaron Zahra, il-Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani fil-Birgu, l-ordni reliġjuża responsabbli minn din il-kappella.

Il-ħsieb tal-Arċisqof f’dan il-jum ta’ ġabra għall-Insara huwa li bħal-lum niftakru li “l-imħabba tagħna m’għandhiex ħitan. L-imħabba tmur lil hinn mill-mewt u l-qabar.” Mons. Arċisqof fakkar ukoll li fost il-ħafna eżamijiet li l-bniedem ikollu matul ħajtu, l-iktar wieħed importanti hu dak li se jiġi fl-aħħar, fejn se jkun iġġudikat fuq dak li ġarr f’qalbu, jiġifieri l-imħabba li ta matul ħajtu lill-oħrajn.

Matul il-quddiesa l-Arċisqof talab għall-erwieħ kollha, b’mod speċjali għal dawk li ħallew din id-dinja fl-aħħar 12-il xahar. Huwa talab ukoll għall-għexieren ta’ persuni li tilfu ħajjithom fl-għarar li laqat lil Spanja din il-ġimgħa, kif ukoll il-vittmi innoċenti tal-vjolenza u tal-gwerer.

Fi tmiem il-quddiesa Mons. Arċisqof bierek u talab fuq uħud mill-oqbra li jinsabu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fosthom il-qabar tal-Isqof Awżiljarju Annetto Depasquale.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport