Friday, December 13, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Mara ta’ 31 sena residenti s-Siġġiewi qed issofri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Iskola fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa mill-vittma u Maruti Gypsy misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Birkirkara.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport