L-istruttura li tinsab biswit il-funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, hija maħsuba sabiex isservi ta’ Immersive Experience għal pubbliku dwar Viżjoni Malta 2050. Din l-esperjenza, li ser tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr ebda ħlas għandha l-għan li tqarreb lill-pubbliku ma’ din il-Viżjoni li qed tipproġetta lil Malta sal-2050, permezz ta’ show artistiku u b’teknoloġija li tippermetti lil min iżuraha jimraħ dwar Malta futura.
Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Julie Zahra. Abela sostna li din l-istruttura hija meqjusa bħala xogħol artistiku u skont il-liġi tal-ippjanar.
Tenna jgħid li l-Budget għal din l-Immersive Experience huwa parti mill-vot allokat għal- Malta Vision 2050 fl-estimi finanzjarji tal-Baġit li diġa tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

