Sunday, November 24, 2024

L-IMPATT TAD-DINJA DIĠITALI

Aqra wkoll

Id-dinja diġitali saret parti essenzjali minn ħajjitna. Hi dik li qiegħda ssawwar il-futur tat-teknoloġija filwaqt li għamlet u qiegħda tagħmel rivoluzzjonijiet kbar f’industriji diversi.

Tassew li din it-trasformazzjoni diġitali qed tbiddel kontinwament il-mod kif naħsbu, naġixxu, ninteraġixxu ma’ xulxin u fuq kollox, ilmod kif ngħixu l-ħajja tagħna ta’ kuljum u anke f ix-xogħol u l-attività kummerċjali tagħna.

Għalhekk f’dan il-proċess kontinwu ta’ trasformazzjoni, ħadd ma jista’ jaffordja li jibqa’ lura. Għandna għax nifhmu li dan huwa settur li se jkompli jikber u jsir aktar kumpless.

F’dan l-ambitu, aktar kemm dan is-settur ikompli jiżviluppa, aktar se jkunu qegħdin jiżdiedu l-opportunitajiet. Huwa minħabba f’dawn ir-raġunijiet li fl-iskejjel qed ikompli jiżdied ittagħlim ta’ dawn is-suġġetti biex l-istudenti jkunu mħejjija sew għall-futur tagħhom jew għal meta jiġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Barra minn hekk, nifhmu wkoll li l-Unjoni Ewropea hija attiva ħafna biex tiżgura rwol ewlieni fl-ekonomija diġitali globali. Wara kollox din hija r-realtà li ninsabu fiha llum.

Dan huwa l-kuntest li fih l-ekonomija Maltija qiegħda topera. Dan l-istess suġġett se jkun diskuss waqt konferenza li se tittella’ llum li hija proprju ddedikata għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija lokali.

Konferenza li se tara l-parteċipazzjoni ta’ stakeholders ewlenin fl-industrija li se jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar realtajiet ġodda li qed jiżviluppaw fosthom dwar l-intelliġenza artifiċjali, l-ekonomija diġitali u kif qed iħarsu lejn il-futur tar-riċerka u l-innovazzjoni anke f il-qasam tal-edukazzjoni fost oħrajn.

Fl-isfond ta’ dan kollu, Malta diġà kisbet riżultati inkoraġġanti li jirriflettu wkoll l-istrateġija ċara li għandu l-Gvern għall-qasam diġitali u anke l-viżjoni ekonomika ta’ Malta għas-snin li ġejjin.

Mill-banda l-oħra, f’din “it-tellieqa diġitali” li ninsabu fiha, Malta tista’ sserraħ fuq nazzjon li l-ħin kollu wera lkapaċità tiegħu li jkun dinamiku u li jadatta għall-bidla. Fuq kollox, l-industrija wriet kemm hi reżiljenti anke fi żminijiet ta’ sfida.

Reżiljenza li nbniet permezz tal-abilità li nagħrfu nbiddlu l-mod ta’ kif isiru l-affarijiet, aktar milli nibqgħu ankrati fil-passat. B’dan kollu f’moħħna, Malta se tkompli għaddejja bil-vjaġġ diġitali tagħha sabiex tistabbilixxi ruħha bħala ċentru ta’ eċċellenza f id-dinja diġitali.

Għan ambizzjuż li jekk naħsbu fuqu sew, il-pajjiż irnexxielu jilħaq f’diversi setturi ewlenin. Għalhekk il-potenzjal qiegħed hemm u issa huwa sta għalina kemm nagħrfu naħtfu l-opportunitajiet li hemm għalissa u għaż-żmien li ġej.

Sport