Sunday, December 22, 2024

L-impjegati ta’ MAPFRE jħawlu 1,000 siġra f’ħidma kontra t-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

Numru ta’ impjegati minn MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life, nklużi il-Kapijiet Eżekuttivi rispettivi, ngħaqdu flimkien u ħawlu numru ta’ siġar fil-Park Majistral, li huwa protett mill Heritage Parks Foundation.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm tal-Grupp dwar responsabbiltà soċjali, li tiġbor numru ta’ proġetti u inizjattivi li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà. Il-proġett jikkonsisti fit-tħawwil ta’ 1,000 siġra, u l-manutenzjoni tas-sit u tisqija tas-siġar. Il-Manutenzjoni tikkonsisti ukoll fit-tneħħija ta’ speċi li jistgħu jagħmlu ħsara, prevenzjoni tan-nirien u protezzjoni tas-sit. Meta dawn is-siġar jikbru kompletament, għandhom kapaċità ta’ kumpens tal-karbonju ta’ 21Kgs fis-sena, jiġifieri 21,000Kgs fis-sena. 

Iċ-Chairman tal-MAPFRE Middlesea Martin Galea qal: “It-tibdil fil-klima toħloq theddida għall-umanità u għad-dinja. F’Malta rajna ħafna evidenza ta’ dan fil-maltempati li rajna fix-xitwa u l-mewġiet tas-sħana rikorrenti fis-sajf. Madwarna fl-Ewropa, qed naraw ħafna nirien fil-foresti u l-għargħar tas-sajf ukoll saru komuni. Il-bijodiversità tinsab taħt attakk minħabba l-intervent uman. Ilkoll kemm aħna rridu nagħtu s-sehem tagħna jekk irridu li wliedna jgħixu f’dinja aħjar.” 

Heritage Parks Foundation hija għaqda magħmula minn Din L-Art Ħelwa, Nature Trust u l-Fondazzjoni Gaia. Il-missjoni primarja tagħha hija li tamministra l-Parks Nazzjonali, nkluż il-Park Majistral.  Dan huwa l-ewwel u l-akbar Park Nazzjonali ta’ Malta li jkopri wħud mill-isbaħ u l-aktar żona ekoloġikament importanti fil-pajjiż. 

Darren Saliba, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Parks Foundation qal, “ Aħna nistgħu nagħmlu l-parti 

żgħira tagħna biex ngħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u nipproteġu l-bijodiversità. Aħna warrabna żoni fejn kumpaniji jistgħu jitħawwlu numru ta’ siġar. Dawn is-siġar jipproteġu l-abitat u jnaqqsu l-karbonju fl-atmosfera.” 

Il-Kap Eżekuttiv tal-MAPEPFRE, Javier Moreno, qal li “Il-Grupp MAPFRE huwa impenjat għas-sostenibbiltà ambjentali, u qed isir xogħol biex il-Grupp isir newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju fuq livell globali sal-2030; din l-inizjattiva tifforma parti mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Grupp.” 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Etienne Sciberras spjega li l-kumpanija dejjem qed tfittex modi kif tikkontribwixxi għall-ambjent. “Fil-Kumpanija neħħejna kompletament l-użu ta’ plastik li jintuża darba u qlibna għall-operazzjonijiet diġitalizzati bl-iskop li tnaqqas b’mod sinifikanti l-ammont ta’ skart. Il-kumpanija għażlet ukoll infrastruttura u tagħmir organizzattivi aktar favur l-ambjent u sostenibbli biex ikunu effiċjenti kemm jista’ jkun, favur l-enerġija.” 

Ekonomija

Sport