Saturday, December 21, 2024

L-IMPORTANZA TAL-INVESTIMENT FIL-KAPITAL UMAN

Aqra wkoll

Dejjem emmint li pajjiż jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli permezz investiment sostanzjali fl-edukazzjoni tal-kapital uman tiegħu. Dan huwa sentiment li dejjem sħaqt fuqu tul il-karriera imprenditorjali u politika tiegħi. Dan huwa ħsieb li sħaqt fuqu fir-rwol attiv illi kelli fl-iżvilupp tal-100 Idea tal Partit Laburista. Dan huwa wkoll s-sentiment li fuqu ssawwret il-Viżjoni Ekonomika tal-Gvern 2021 – 2031. Dan għax l-ebda viżjoni ma tista’ tilħaq il-milja tagħha jekk l-edukazzjoni ma tkunx ċentrali fil-proġett. Dan għax kull strateġija ekonomika tiddependi mis-sostenn tat-talent uman u fl-attirar tal-aqwa talent fuq livell globali. Kien għalhekk li aktar kmieni din is-sena il-gvern fetaħ diskussjonijiet mal-industrija, mal-unions u mas-settur edukattiv sabiex it-taħriġ u x-xogħol jimxu f’sinerġija mal-ħtiġijiet tal-ekonomija tal-futur. Kien għalhekk ukoll li l-investiment tal-kapital uman kien fiċ-ċentru tal-Baġit 2022.

Il-baġit imħabbar fil-11 ta’ Ottubru ser iwitti t-triq għad-deċennju li jmiss, fejn pajjiżna se jsir ċentru ta’ eċċellenza, denju li huwa l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja. Kif qal tajjeb il-Prim Ministru Robert Abela ricentament; “Jekk qabel ridna nilħqu l-medja, issa rridu nilħqu l-quċċata”. Għaldaqstant, il-Baġit 2022 jenfasizza fuq il-ħtieġa ta’ ekonomija aktar innovattiva, mibnija fuq il-valur miżjud, b’sensiela ta’ setturi u ekosistemi ġodda li jistgħu jsarrfu f’mudell ekonomiku li jrendi aktar u joħloq aktar ġid u xogħol ta’ kwalità għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Tassew, il-Baġit 2022 huwa ispirat minn ekonomiija li tħares lejn soluzzjonijiet innovattivi li jroddu r-riżultati biex b’hekk pajjiżna jkompli javvanza permezz ta’ ekonomija sostenibbli. Dan huwa baġit li jinkoraġixxi tkabbir sostenibbli permezz ta investimenti immirat lejn it-teknoloġija u l-ekonomija l-ħadra. It-teknoloġija u l-ekonomija l-ħadra huma l-futur. Dan filwaqt illi l-gvern ser ikompli jinvesti f’setturi tradizzjonalment importanti għal ekonomija lokali fosthom is-settur tat-turiżmu, is-settur tal-films, is-settur finanzjarju u tal-gaming. 

Però dan l-iżvilupp u tkabbir ekonomiku ma jkollu l-ebda valur jekk il-gvern ma jfassalx strateġija ċara biex il-pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi umani. Mhuwiex sigriet li pajjiżna għandu nuqqas ta’ kapital uman. Sfida kbira għal pajjiż li m’għandux żejt, gass jew riżorsi minerali. Sirna dak li sirna bil-ħila u l-għaraq tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. 

Huwa għalhekk li l-gvern ħabbar fil-Baġit 2022 li ser ikun qed investi fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Kif tenna riċentament il-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana; “l-opportunitajiet jiżdiedu meta persuna jkollha aċċess għal aktar tagħlim, u dan imbagħad iwassal għal dħul ogħla.” Għaldaqstant biex pajjiżna jżomm il-livell li laħqet l-ekonomija ta’ pajjiżna u saħansitra ntejbuha jeħtieġ forza ikbar biex nagħmlu l-qabża li jmiss. 

L-ewwel pass li ha l-gvern kien li nieda l-Politika Nazzjonali tax-Xogħol il-ġdida li biha ser jibda jaffronta din l-isfida. Din il-politika fiha pjan li bih ser inkunu qed jgħolli l-valur tas-siegħa xogħol tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. Dan ser isir billi jtejjeb li-ħiliet, joffri opportunitajiet ta’ taħriġ, jinċentiva lil dak li jħaddem u lill-ħaddiema nfushom biex itejbu l-ħiliet tagħhom. 

U biex din l-strateġija tilhaq il-mira tagħha  kmieni s-sena d-dieħla il-gvern il-miżuri imħabbra mill-gvern huma essenzjali biex ikabbru r-riżorsi umani tagħna, nemmen li l-proċess ta’ taħriġ u upskilling huwa responsabiltà tas-settur privat. Bħala imprenditur fis-settur tat-taħriġ, dejjem insistejt fuq il-bżonn li kumpanija tinvesti fin-nies tagħha. It-tagħlim u taħriġ u essenzjali bien kumpanija tkompli tikber. Dan huma sentiment li bqajt ninsisti fuqu fil-vjaġġ politiku tiegħi. Kien għalhekk li tul dawn l-aħħar snin introduċejt proġetti bhal eME u Robotica. Dan is-sentiment huwa rifless fid-direzzjoni li qed jieħu l-gvern fil-Baġit 2022 billi nieda ċensiment nazzjonali tal-ħiliet tal-ħaddiema. Dan iċ-ċensiment ser ikun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu mhux biss f’pajjiżna iżda anke fl-Ewropa b’investiment totali ta’ €2 miljun. Hekk kif jitlesta dan l-eżerċizzju il-gvern ser jibda proċess ta’ digitalisation audit tal-postijiet tax-xogħol biex inkunu preparati għal din l-isfida l-ġdida. 

Il-gvern mar anke pass oltre billi nieda fond ta’ taħriġ li, għall-bidu ser ikun fih €2 miljun iżda mhux eskluż li jiżdied jekk ikun hemm bżonn, biex l-industrija stess tkun tista’ tħarreġ lill-ħaddiema bi programmi magħmula minnha. Inizjattivi li jirriflettu proposti mressqa mill-General Workers’ Union biex il-Jobsplus jibda jagħti servizz ta’ gwida fil-postijiet tax-xogħol sabiex ħaddiema jingħataw opportunità li jtejbu l-ħiliet tagħhom kif ukoll jiżiedu l-boroż ta’ studju u inċentivi oħra biex aktar ħaddiema jsegwu aktar studji u taħriġ professjonali. 

Din hija l-Malta li rrid nara ghal uliedi. Din hija l-Malta li rrid nara għall-Maltin. Malta imsejsa fuċ ekonomija li tħares bi prospettiva. Malta li tagħraf l-importanza tal-investiment fir-riżorsi umani tagħha. Malta, b’gvern li għandu viżjoni ċara. Malta, fejn l-għażla naturali fl-elezzjoni li jmiss huwa l-Partit Laburista.

Ekonomija

Sport