Sunday, November 24, 2024

L-imwiet relatati mat-terremot fil-Marokk jaqbżu l-2,500

…l-operazzjonijiet tas-salvataġġ għadhom għaddejjin

Aqra wkoll

Bħalissa il-Marokk qed jara żieda fin-numru ta’ imwiet. Dan hekk kif il-pajjiż intlaqat minn terremot qawwi li laqat ir-reġjun tal-Muntanji Atlas tal-pajjiż nhar il-Ġimgħa. Sa issa huwa maħsub li n-numru ta’ imwiet huwa kważi ta’ 2,500 b’iktar minn 2000 persuna midruba.

L-istess diżastru qatel madwar 1,000 persuna fir-reġjun ta’ Al Houz, 700 persuna f’Taroudant, 200 f’Chichaoua, 40 f’Ouarzazate, 15 f’Marrakech, 15 f’Azilal, ħamsa f’Agadir, tlieta fil-provinċja ta’ Casablanca, u persuna waħda fil-provinċja ta’ Youssoufia.

L-epiċentru tat-terremot kien jinsab fil-provinċja ta’ Al Haouz fil-muntanji. Skont il-Gvern tal-Marokk, irreġistra 7.2 fuq l-iskala Richter filwaqt li, l-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti kejlu b’6.8. It-terremot seħħ f’fond ta’ kważi 18-il kilometru.

It-terremot preċedenti bħal dan li laqat il-Marokk seħħ fl-1960 li kien kejjel 5.8 fuq l-iskala Richter bl-epiċentru tiegħu f’Adagir. Dan kien ħalla 12,000 mejta u 25,000 midruba.

Sport