Monday, September 30, 2024

“Il-ġurnata tar-Regatta mhux kemm tfaqqa’ subgħajk u ċċaqlaqha”

… jirreaġixxi dwar diversi kummenti rigward il-periklu tar-riħ fir-regatta

Aqra wkoll

“Ħa nispjega għal dawk li ma jifhmux. Mhux faċli tmexxi l-ġurnata tar-regatta minħabba diversi raġunijiet”. Iddikjara dan wieħed mill-persuni li jaħdem qrib tal-organizzazzjoni tar-regatta. 

Huwa beda biex jirringrazzja lill-Għaqda Regatta u lill-klabbs kollha li ħadmu id f’id biex din ir-regatta ssir. Spjega li dakinhar tar-regatta l-Port ikun għalaq bi ftehim u din mhux xi ħaġa li ssir b’kemm tfaqqa’ subgħajk. Barra minn hekk huwa fakkar li l-qaddiefa involuti jkun ilhom xhur jippreparaw u wara d-data jkun hemm min ikollu affarijiet oħra personali pjanati.

“Dawn il-qaddiefa waqt it-taħriġ mhux l-ewwel darba li ħarġu fil-maltemp u li ġara kien li waqt tal-Midalji li hija l-iktar dgħajsa baxxa tqawwa r-riħ u ġiethom ħażina”, kompla biex jelabora filwaqt li qal li dan kien inċident bħalma jista’ jiġri f’kull sport ieħor. 

Dan wara li fl-aħħar jiem bosta persuni nfexxew f’kummenti fuq il-midja jisħqu li minħabba r-riħ qawwi l-ġurnata tar-regatta kellha tiġi mċaqilqa għal darba oħra. Ħafna kienu dawk li qalu li l-fatt li l-ewwel tiġrija spiċċat b’diversi qaddiefa fil-baħar kien ta’ periklu għal saħħithom filwaqt li oħrajn irringrazzjawhom għax qalu li bis-saħħa tal-wirja qalbiena tagħhom dawk preżenti setgħu jgawdu din it-tradizzjoni.

Sport