Friday, November 15, 2024

L-imwiet tat-terremot fl-Afganistan jaqbżu l-1,000

Aqra wkoll

Wara li t-terremot qawwi ta’ nhar it-Tlieta li għadda fl-Afganistan qatel minnufih 280 persuna, l-imwiet komplew jiżdiedu fejn issa qabżu l-1,000 persuna mejta u mill-inqas 1,500 persuna oħra midruba hekk kif iġġarrfu mijiet ta’ djar.

F’din is-sitwazzjoni devastanti fejn qed issir ħidma biex jiġu salvati għadd ta’ nies li għadhom taħt it-tifrik u t-tajn, it-Talibani li għandhom it-tmexxija tal-gvern f’idejhom għamlu appell għal għajnuna internazzjonali. Fil-fatt, in-Nazzjonijiet Uniti qed titħabat biex tipprovdi kenn u ikel għal dawk milquta.

Sadanittant, l-isforzi fil-ħidma ta’ salvataġġ qed ikunu mfixkla minn xita qalila u nuqqas ta’ riżorsi biex ilaħħqu ma’ din is-saitwazzjoni ta’ emergenza.

L-Afganistan jinsab f’nofs kriżi umanitarja u ekonomika. Uffiċjali għolja Talibani qalu li l-gvern ma kienx f’pożizzjoni finanzjarja biex jassisti lin-nies kemm hu meħtieġ.

Aġenziji tal-għajnuna, pajjiżi ġirien u potenzi dinjija, kienu qed jgħinu iżda l-assistenza jeħtieġ li tiżdied b’mod kbir ħafna minħabba li dan huwa terremot devastanti li ma kienx hemm bħalu f’għexieren ta’ snin.

Id-Direttur Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, António Guterres, qal li l-aġenzija kienet immobilizzat bis-sħiħ għad-diżastru. Timijiet ta’ paramediċi, provvisti mediċi, ikel u xelters ta’ emerġenza intbagħtu lejn iż-żona tat-terremot. 

Ekonomija

Sport