Friday, December 27, 2024

L-inċident tal-Marsa seħħ waqt proġett ta’ upgrading fin-network tad-drenaġġ- WSC

Aqra wkoll

Illum, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet notifikata dwar nar li seħħ fil-Marsa, ħdejn il-korsa, fejn kuntrattur tal-Korporazzjoni qed jimplimenta wieħed mill-proġetti ta’ titjib tan-netwerk tad-drenaġġ.

Fi stqarrija, l-WSC qalet li l-proġett ta’ titjib tad-drenaġġ tal-Marsa huwa parti mill-impenn kontinwu tal-WSC, li l-għan ewlieni hu sabiex l-infrastruttura tal-ilma u tad-drenaġġ ta’ Malta ikompli jitjieb. F’dawn in-nirien inħarqu diversi pajpijiet tad-drenaġġ, tal-PVC, li kienu se jitpoġġew fit-trinek bħala parti minn dan il-proġett.

Il-Korporazzjoni hija infurmata ukoll li ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident. Il-Korporazzjoni żiedet tgħid li qed issir kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali sabiex jiġi evalwat x’seta wassal għal dan l-inċident.

Il-WSC irringrazzjat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u awtoritajiet oħra għar-rispons immedjat u għall-ħidma tagaħhom biex jitfu l-fjammi. Grazzi wkoll lill-komunità lokali tal-kooperazzjoni tagħhom.

Ekonomija

Sport