Saturday, December 21, 2024

L-Indja b’numru rekord ta’ każi ġodda ta’ coronavirus hekk kif ittaffi l-miżuri ta’ lockdown

Aqra wkoll

L-Indja rrekordjat l-akbar żieda f’ġurnata f’każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 hekk kif il-Gvern taffa l-miżuri ta’ lockdown biex jippermeti lil attività fl-industrija tal-manifattura u l-agrikoltura biex terġa’ tibda topera.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irrapportati 1,553 każ ġdid, biex issa t-total kumplessiv tal-każi jlaħħaq is-17,000. Mill-inqas 543 persuna mietu bil-Covid-19 u esperti mediċi qed ibassru li l-pandemija mhux se tilħaq l-eqqel tagħha qabel Ġunju.

Il-miżuri li kienu ddaħħlu fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu li għadda kienu waqqfu kull servizz, ħlief dawk meqjusin bħala essenzjali.

Madankollu mil-lum, numru limitat ta’ fabbriki u attività agrikola tħalliet terġa’ tkompli bl-attività.

Ekonomija

Sport