Wednesday, April 24, 2024

L-Indja se tibdel il-vaguni tal-ferrovija biex tqiegħed sodod għall-pazjenti tal-covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Indja se tkun qiegħda tibdel 50 vagun tal-ferrovija sabiex tqiegħed mat-8,000 sodda għal pazjenti bil-coronavirus f’Delhi.

Il-Ministru għall-Intern Amit Shah ħabbret pakket ta’ miżuri ta’ emerġenza għall-belt inluż li jiżdied l-ittestjar għall-covid-19. L-għadd ta’ persuni konfermati infettati kuljum qed iqarreb it-12,000. 

B’total ta’ 320,922 każ ta’ persuni konfermati infettati, l-Indja tinsab fir-raba’ post fid-dinja bl-aktar persuni infettati wara l-Istati Uniti, il-Brażil u r-Russja.

Skont informazzjoni miġbura mill-Università ta’ Hopkins il-vittmi tal-pandemija fil-pajjiż qabżu d-9,000.

Sport