Saturday, November 16, 2024

L-industrija tad-drones tinvesti f’pajjiżna … “din hi niċċa ġdida fl-avjazzjoni” – il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri meta għalaq id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji għal Ministeru tal-Ekonomija tkellem dwar l-investiment dirett barrani u qal li “dwar dan ngħid li sa Ottubru ta’ din is-sena diġa qbiżna l-investiment li kien ġie is-sena li għaddiet meta kienet sena straordinarja.  Semmejt l-industrija tad-drones, u kien hemm membri tal-Oppożizzjoni li ddieħku bija. Nirrimarka li madwar id-dinja qed jinħoloq suq kbir għad-drones. 

Bħalissa ninsabu viċin ferm li jintlaħaq ftehim mal-Malta Enterprise u tim tal-futbol fin-nofsinhar ta’ Malta. Se nkunu qed niffirmaw kuntratt biex proġetti ta’ drones ikunu jistgħu jutilizzaw faċilitajiet sportivi biex jagħmlu t-testijiet għad-drones tagħħhom.  Meta l-faċilitajiet sportivi ma jkunux qed jintużaw,  ikunu użati għal dan l-għan. Sal-aħħar ta’ din is-sena se nkunu varajna dan il-proġett. Dan il-proġett jista’ jkun estiż għal Għawdex. Din hi niċċa ġdida fis-suq tal-avjazzjoni. Fil-kannabis mediċinali hemm ukoll diversi pajjiżi.”

Ekonomija

Sport