“L-industrija tal-films baqgħet b’saħħitha anke waqt il-pandemija.” Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara li għamel fuq is-sett tal-film li qed jinħadem bħalissa f’pajjiżna ‘Prizefighter: The Life of Jem Belcher’ li fih qed jieħu sehem ukoll l-attur ta’ fama internazzjonali Russell Crowe. F’dan il-film qed jieħdu sehem ukoll aktar minn 200 ħaddiem Malti.
Il-Prim Ministru qal ukoll li dan il-Gvern se jibqa’ jaħdem sabiex Malta tibqa’ tkun attraenti f’dan is-settur u b’hekk jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol.
Prezenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Barolo u l-Kummissarju tal-Films Johann Grech.