Wednesday, April 24, 2024

Xavi ppreżentat b’mod uffiċjali minn Barcelona

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn Xavi Hernandez ġie ppreżentat bħala l-coach il-ġdid ta’ Barcelona liema avveniment sar fin-Nou Camp quddiem 25,000 spettatur. 

Huwa ħa post Ronald Koeman li tkeċċa mill-kariga wara sensiela ta’ riżultati negattivi. 

F’konferenza stampa li damet aktar minn siegħa, Xavi iddiskuta l-filosofija tiegħu tal-football u l-valuri li jrid idaħħal f’dan it-tim ta’ Barcelona, ​​kif ukoll l-għan tiegħu huwa li jgħin fl-iżvilupp ta’ plejers żgħażagħ.

“Jien ġejt hawn biex ngħin liż-żgħażagħ ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom,” huwa qal. 

“Irridu naħdmu flimkien u b’mod kollettiv. Irridu narawhom jaħdmu fit-taħriġ. 

“Huma żgħar ħafna. Nico, Gavi … diffiċli tifhem kif tpoġġew f’dan il-livell u kulħadd jippretendi l-massimu mingħandhom. Kull partita għalihom hija eżami finali.”

Xavi saħaq ukoll li jrid iżomm relazzjoni tajba mal-veterani ta’ Barcelona u sostna li jistenna li dawn imexxu t-triq.

Sport