L-infermiera ngħataw struzzjonijiet biex ma jamministrawx l-vaċċin tal-influwenza. L-istruzzjonijiet ngħataw mill-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), bl-unjin tħeġġeġ lill-infermiera biex taħt l-ebda ċirkostanza ma tamministra l-vaċċin.
It-teħid tal-pożizzjoni tal-unjin wasslet ukoll lill-Ministeru għas-Saħħa biex iwissi li din id-deċiżjoni jaf ikollha konsegwenzi potenzjalment fatali.
L-istruzzjonijiet huma marbutin ma’ direttivi li nħarġu ftit tal-ġimgħat ilu lill-infermiera kollha tal-saħħa primarja f’tilwima li l-MUMN għandha mal-Gvern fir-rigward ta’ allowances fuq ikel u leave żejjed lil ħaddiema f’ċirkostanzi ta’ festi pubbliċi li jinzertaw fi tmiem il-ġimgħa.
Il-vaċċin kien se jibda jiġi amministrat mil-lum lil kull min jitolbu f’ċentri speċjalizzati f’kull belt u raħal.