Friday, November 15, 2024

L-infiq mit-turiżmu din is-sena mistenni jaqbeż dak tas-sena 2019

….Inawgurat investiment ta’ €35 miljun

Aqra wkoll

Proprju 11-il xahar ilu, fil-bidu ta’ din is-sena kellna rekord ta’ iktar minn 136,000 turist li bejniethom nefqu €100 miljun. Din in-nefqa tirrappreżenta żieda ta’ 17 fil-mija meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena 2019. Il-popolarità ta’ pajjiżna għat-turiżmu wasslet biex sa issa għandna aktar minn 100 rotta lejn Malta minn 32 destinazzjoni.

Ix-xhur ta’ wara kienu ukoll xhur tajbin f’dak li hu turiżmu fejn jikkumplimenta dan hemm il-proġetti ta’ tisbiħ fil-bajja tal-Għadira u dak marbuitn mar-riġenerazzjoni għal Piazza ta’ Buġibba. Matul din is-sena ukoll tħabbru diversi inizjattivi li l-għan tagħhom hu li jtejbu l-prodotti turistiku biex dan dejjem jitbiegħek aktar mill-isfida tal-istaġjonalità.

Lil hinn minn dan, proprju ftit ġimgħat ilu, fil-baġit għas-sena 2024 tħabbru inizjattivi lise jkomplu jgħinu lis-settur turistiku, inizjattivi li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), iddeskriviethom bħala impenn kontinwu tal-gvern li jkompli jappoġġja it-tkabbir.

Proprju lbieraħ, pajjiżna għamel pass ieħor ‘lquddiem fis-settur turistiku u dan hekk kif ġie inawgurat proġett ta’ tiġdid u rinovar fil-lukanda ta’ ħames stilel, Fortina, f’Tas-Sliema. Il-progett, kien jinvolvi investiment ta’ xejn inqas minn €35 miljun. Dan l-investiment jimmarka l-75 anniversarju mill-ftuħ tal-ewwel lukanda tal-kumpanija fl-1948.

Il-lukanda, b’kobor ta’ 60,000 metru kwadru, se tkun qed titmexxa mill-kumpanija ta’ lukandi Barceló Hotel Group. La darba jitlesta, lejn nofs l-2024, il-progett se jkollu 73 kamra addizzjonali għal total ta’ 183 kamra, 64 appartament lussuż, spazju miftuħa għall-pubbliku, blokk ta’ uffiċini, faċilitajiet ta’ parkeġġ, spa, gym, lido u ristoranti.

L-investimenti miljunarju ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela. Dr Abela iddikjara li hu kruċjali li fit-turiżmu mmorru għall-qabża li jmiss billi nkomplu ntejbu l-kwalità tal-prodott turistiku li joffri pajjiżna. Ma naqasx li jitkellem dwar prijoritajiet importanti għas-settur turistiku fosthom il-konnettività, l-indafa u s-sostenibbiltà ambjentali li tkompli turi s-sbuħija ta’ pajjiżna.

Spjega li d-direzzjoni importanti li qed jieħu pajjiżna hi marbuta mal-enfasi fuq il-kwalità fis-settur turistiku fi żmien meta din is-sena għandha turi kif in-nefqa tat-turist f’pajjiżna tiżboq dik ta’ qabel il-pandemija.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Fortina Investments Edward Zammit Tabona, qal li din il-lukanda tirrappreżenta l-evoluzzjoni tan-negozju tal-familja matul is-snin. Qal li dan l-iżvilupp għandu l-għeruq fil-valuri tal-kumpanija biex tibqa’ pass ‘il quddiem permezz ta’ innovazzjoni u investiment kontinwu fi prodott li jaqbeż l-aspettattivi tal-klijent.

Ekonomija

Sport