Il-vaganzi fil-Kroazja, fit-Turkija u fil-Greċja jistgħu jkunu wkoll f’riskju għat-turisti Ingliżi, hekk kif in-numru ta’ każi ta’ COVID-19 f’dawn id-destinazzjonijiet qegħdin jiżdiedu.
Wara li l-Ingilterra żiedet lil Malta, Spanja, Franza u lill-Olanda fuq il-lista tal-kwarantina, issa tista’ tkun qiegħda żżid dawn il-pajjiżi wkoll. Dan ikun ifisser li dawk li jirritornaw ir-Renju Unit, iridu joqogħdu d-dar għal 14-il ġurnata.
Ilbieraħ, fit-Turkija ġie rrekordjat l-ogħla numru ta’ każi ġodda sa minn Ġunju. Mal-1,256 persuna ġew ikkonfermati pożittivi u l-imwietu telgħu għal 21 persuna.
Fil-Kroażja, kien hemm 162 infezzjoni ġdida matul l-aħħar 24 siegħa u għalhekk inqabeż il-limit stabbilit mir-Renju Unit ta’ 20 każ għal kull 100,000 persuna f’ġimgħa.