Friday, November 15, 2024

L-Ingliżi miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals mill-Istati Uniti

Aqra wkoll

Ingilterra…………..0

Stati Uniti………….0

F’partita li naqset milli tilħaq l-aspettattiva, l-Ingilterra u l-Istati Uniti temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals. L-azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat kienu ferm remoti, bil-partita tkun ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Peró dan id-draw ikkuntenta l-aktar lit-team Ingliż hekk kif bi draw kontra Wales, jikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16.

Wara r-rebħa tennistika ta’ 6-2 kontra l-Iran, l-Ingliżi sabu għadma ferm aktar iebsa, bl-Istati Uniti jaqssu l-logħob mal-avversarji iktar ikkowotati tagħhom u saħansitra kienu sfortunati li ma ħarġux rebbieħa hekk kif fost l-oħrajn fl-ewwel taqsima laqtu l-mimduda permezz ta’ Christian Pulisic.

Kienu l-Istati Uniti li ħolqu l-ewwel periklu fis-26 minuta meta Timothy Weah għadda tajjeb lejn Weston McKennie li kważi minn fuq il-penalty spot tefa’ għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-32 minuta kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Christian Pulisic kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali li stampa mal-mimduda, bl-Ingliżi jeħilsuha ħafif.

It-tieni taqsima kompliet tkun ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bl-unika azzjoni denja ta’ nota tasal mill-Ingliżi fil-ħin miżjud permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Harry Kane li għaddiet barra.

Ingilterra: Jordan Pickford, Kieran Trippier, John Stones, Harry Maguire, Luke Shaw, Jude Bellingham (Jordan Henderson 68), Declan Rice, Bukayo Saka (Marcus Rashford 78), Mason Mount, Raheem Sterling (Jack Grealish 68), Harry Kane Coach: Gareth Southgate

Stati Uniti: Matt Turner, Sergino Dest (Shaquell Moore 78), Walker Zimmermann, Tim Ream, Antonee Robinson, Weston McKennie (Brenden Aaronson 77), Tyler Adams, Yunus Musah, Christian Pulisic, Timothy Weah (Giovanni Reyna 83), Haji Wright (Josh Sargent 83) Coach: Gregg Berhalter

Referee: Jesus Valenzuela (Venezuela)

Ammoniti: Ħadd

Ekonomija

Sport