Monday, May 13, 2024

L-injury ta’ Sandro Tonali kienet l-uniku punt negattiv fir-rebħa tal-Italja fuq l-Albanija

Aqra wkoll

L-injury ta’ Sandro Tonali kienet l-uniku punt negattiv fir-rebħa tal-Italja fuq l-Albanija  bl-iskor ta’ 3-1 meta eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima huwa nħareġ mill-ground fuq stretcher. 

Din l-injury kemmxejn kerha seħħet meta Tonali ġie ffawljat minn Keidi Bare bil-konsegwenza li dar fl-ajru u niżel fuq rasu u spalltu. Il-midfielder ta’ Milan baqa’ mal-art hekk kif kien jinħtieġlu l-attenzjoni medika. Huwa ġie ssostitwit mill-player ta’ Torino, Samuele Ricci. 

Huwa maħsub li dan il-player ta’ 22 sena se jdum barra mill-azzjoni għall-bosta ġimgħat iżda l-Ħamis se jsirulu aktar testijiet biex tiġi analizzata l-gravitá tal-injury. 

Tonali kien qed jilgħab it-12-il partita għal pajjiżu wara li ddebutta f’Ottubru, 2019. 

Sport