Tuesday, December 24, 2024

“L-inkwiet u r-rabja jeħtieġ li nibdluhom f’enerġija biex pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri rringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġi ta’ solidarjetà. Huwa appella lil kulħadd biex iżomm kalm u jiffoka fuq il-ħidma li tinsab għaddejja biex għada jkun aħjar mil-lum.

Camilleri qal li d-deċiżjonijiet li kellu jieħu dejjem ħadhom f’serenità u hekk se jibqa’ jagħmel fiż-żmien li ġej.

Qal li bħala gvern għamel ħafna tajjeb iżda ma waqafx hemm tant li fejn jista’ jsir aħjar l-istess gvern qed jirrikonoxxi dan u jindirizza dan kollu.

Camilleri temm jgħid li jifhem li hemm min jinkwieta għal min jaħdem biex ikun hawn il-ġid u oħrajn li xi kultant jirrabbjaw. Huwa appella biex dan l-inkwiet u dik ir-rabja jibdluhom f’enerġija biex pajjiżna jibqa’ miexi ‘l quddiem.

Ekonomija

Sport