Monday, April 29, 2024

L-innu tal-Karnival ta’ Malta jindaqqa ġewwa t-Tuneżija

Aqra wkoll

Wara kważi għaxar snin ma tiġi mistiedna banda Maltija għall-karnival ġewwa t-Tuneżija din is-sena reġgħet ġiet mistiedna l-Big Friends Guggen Musik Malta AD 2008. Din hija l-aħħar banda li daqqet l-innu tal-karnival ta’ Malta ġewwa dan il-pajjiż fl-2015.

Din il-banda Maltija għal dan il-karnival mhux biss se ddoqq dan l-innu imma wkoll diversi arrananġamenti ta’ mużika Maltija. Il-Big Friends Guggen Musik se tipparteċipa f’dawn l-attivitajiet flimkien ma’ 25 grupp ieħor li ġejjin minn diversi pajjiżi minn madwar id-dinja fosthom l-Italja, l-Ingliterra, l-Eġittu, is-Sirja, l-Alġerija, il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja, il-Kroazja, Franza u oħrajn. Dawn se jdoqqu ġewwa Nabul, Hammamet u Jesmini Hammamet, u dan il-karnival beda fis-16 u jintemm fil-25 t’April.

Għal din il-banda, din se tkun it-18-il safra li l-banda se tkun fl-irwol t’ambaxxatriċi muzikali ta’ pajjiżna wara s-suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade ġewwa l-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen fil-Gruga halle Munster u l-Halle Munsterland u f’Cologne fil-Lanxess Arena, kif ukoll `Tour Culturale e Musicicale tra le Isole` li kien mifrux ma’ sitt gżejjer: Lipari, Salina, Panarea, Stromboli, Vulcano u Filicudi li dawn jiffurmaw il-gżejjer Eoljani. Hi wkoll 

marret Dubai għal ħames darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fejn hemmhekk daqqet kull darba, fil-Greċja fis-sena 2009, fit-Tuneżija fis-sena 2014 u 2015 u ġewwa Sqallija għal tmien darbiet ohra.

ll-banda ha tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M. fejn prepara l- mużiċisti tal-banda billi għamel diversi arranġamenti mużikali kif ukoll kunċerti għal din l-okkażjoni. 

Il-Banda għandha wkoll skola mużikali. Tistgħu ssibu aktar informazzjoni fuq Facebook – Big Friends Guggen Musik 1st Maltese Guggen National Band A.D. 2008.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport