Sunday, December 22, 2024

L-Intelliġenza Artifiċjali għandha tkun regolata?

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa mexxejja dinjija u kumpaniji tal-Intelliġenza Artifiċjali inġabru għal summit f’Bletchley Park, iċ-ċentru fejn ġie deċifrat il-kodiċi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan is-summit huwa l-aktar tentattiv importanti s’issa biex tiġi fformulata opinjoni dwar x’tista’ tkun kapaċi tagħmel l-intelliġenza artifiċjali u kif għandha tiġi regolata.

Iżda bl-elezzjonijiet li se jseħħu kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fir-Renju Unit fis-sena d-dieħla, kemm tista’ tkun kbira t-theddida għad-demokrazija maħluqa minn bosta ‘fakes’ tal-intelliġenza artifiċjali?

Il-mistoqsija ewlenija għalhekk hija jekk tistax l-intelliġenza artifiċjali (AI) tinżamm taħt kontroll. F’ħafna każijiet, il-politiċi għandhom fehmiet dgħajfa ta’ kif jaħdem l-internet, u x’inhu possibbli li jinkiseb, jgħid wieħed mill-esperti li qatta’ ħafna sigħat jispjega kemm it-teknoloġija kif ukoll ir-rwol tagħha fil-kelma ħielsa lill-politiċi madwar id-dinja. .

Il-kwistjoni dwar jekk l-AI għandhiex tiġi regolata, u sa liema punt, tqanqlet dan is-sajf meta s-Segretarju Ġnerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) António Guterres sejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jiddiskuti speċifikament il-perikli potenzjali tal-AI.

Meta tkellem fir-rigward ta’ attakki ċibernetiċi li jaħdmu bl-AI, u semma r-riskju ta’ l-AI meta taħdem ħażin, u kif l-AI tista’ tifrex informazzjoni ħażina, u anke l-interazzjoni bejn l-AI u l-armi nukleari, Antonio Guterres enfasizza li jekk ma jkunx hemm azzjoni biex jindirizzaw dawn ir-riskji, il-kommunita intenazzjonli tkun naqset mir-responsabbiltajiet tagħha lejn il-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Minn dak iż-żmien il-kap tan-Nazzjonijiet Uniti mexa ‘l quddiem bit-twaqqif ta’ bord imsejjaħ il-Korp Konsultattiv ta’ Livell Għoli għall-Intelliġenza Artifiċjali biex jinvestiga x’regolamentazzjoni globali tista’ tkun meħtieġa f’dan il-qasam. Dan il-bord se jinkludi esperti tal-gverniijiet preżenti u preċedenti, kif ukoll esperti mill-industrija, is-soċjetà ċivili, u l-akkademja. Huwa mistenni li jippubblika s-sejbiet inizjali tiegħu qabel tmiem din is-sena. Sadanittant, il-ġimgħa li għaddiet esponenti tat-teknoloġija fl-Istati Uniti fosthom Elon Musk u Mark Zuckerberg kellhom taħditiet ma’ leġiżlaturi tal-Istati Uniti f’Washington biex jiddiskutu l-AI u r-regoli futuri potenzjali.

Madankollu, xi nies minn ġewwa tal-AI huma xettiċi dwar kemm tista’ tkun ta’ suċċess r-regolamentazzjoni globali. Persuna xettika bħal dawn huwa Pierre Haren, li ilu jirriċerka l-AI għal 45 sena.

L-esperjenza tiegħu tinkludi seba’ snin mal-kumpanmija ġganteska tal-kompjuter IBM, fejn mexxa t-tim li installa it-teknoloġija tas-super-kompjuter Watson għall-klijenti. Iddebutta fl-2010, is-super-kompjuter Watson għandu l-kapaċita li jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ utent, u kien wieħed mill-pijunieri tal-AI.

Minkejja l-isfond teknoloġiku tiegħu, Haren jgħid li s-sena li għaddiet kien imgħaġġeb bil-prontezza u l-kapaċità ta ‘ChatGPT u programmi oħra hekk imsejħa ta’ ‘Intelliġenza Artifiċjali ġenerattiva’.

L-AI ġenerattiva hija, fi kliem sempliċi, intelliġenza li tista’ toħloq malajr kontenut ġdid, kemm jekk ikun kliem, stampi, mużika jew vidjows. Tista wkoll tieħu idea minn eżempju wieħed u tapplikah għal sitwazzjoni kompletament differenti. Haren jgħid li kapaċità bħal din tixbah lill-bniedem u “din il-ħaġa mhix bħal pappagall, li tirrepeti dak li titma fiha”. 

Allura tibqa l-mistoqsija ta’ kif nistgħu noħolqu sett ta’ regoli biex inwaqqfu milli l-AI taħrab il-kontroll. Ma nistgħux, jgħid Haren, għax xi pajjiżi mhux se jiffirmawhom ir-regolamenti ta’ kontroll.

Aħna ngħixu f’dinja b’nazzjonijiet li ma jikkooperawx bħall-Korea ta’ Fuq u l-Iran li aktar iva milli le mhux se jirrikonoxxu regolamenti dwar l-AI. Jista’ xi ħadd jimmaġina l-Iran li qed ifittex mod kif jeqred lill-Iżrael u fl-istess ħin jaċċetta ir-regolamentazzjoni tal-AI?

Il-fiżiku Reinhard Scholl, fundatur tal-programm tan-NU “AI For Good”  għandu l-għan li jsib u jimplimenta soluzzjonijiet prattiċi ta’ AI biex jgħin fil-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU. Dawn jinkludu kollox, mit-tmiem tal-faqar, sal-eradikazzjoni tal-ġuħ u l-għoti ta’ aċċess għal ilma nadif lil kulħadd.

AI for Good ġiet imwellda fl-2017. B’aktar minn 20,000 abbonat, AI for Good hija azzjoni pożittiva, iżda l-aptit għal AI pożittiva ma jfissirx li wieħed jista jkun ottimist.

Għaldaqstant, l-AI għandha tiġi regolata? 

L-inkwiet kbir Reinhard Scholl huwa li l-AI tagħmilha relattivament faċli għall-atturi ħżiena li jimpjegaw it-teknoloġija bħala trampolina biex jiksbu kapaċitajiet perikolużi.

Bir-raġun għax fiżiċista jaf kif jibni bomba nukleari fit-teorija, iżda li jagħmel dan fil-prattika jkun diffiċli ħafna. Imma jekk xi ħadd juża l-AI biex jiddisinja arma bijoloġika m’għandux għalfejn ikun jaf ħafna.

Ekonomija

Sport