Monday, May 13, 2024

L-Inter Club Pupi Zanetti Malta jiġbor is-somma ta’ €1,335 b’risq iċ-ċkejkna Kate

Aqra wkoll

Waqt attivita organizzata mill-Inter Club Pupi Zanetti Malta nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2023, inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,335 b’riżq iċ-ċkejkna Kate.

Il-kundizzjoni li tbati minna Kate, “Tatton Brown Rahman Sydrome” hija waħda rari ħafna u għaldaqstant tirrikjedi finanżi kbar sabiex tiġi kkurata. Fil-messaġġ tiegħu, il-President tal-istess klabb, is-Sur Paul Fenech ħeġġeġ lill kulħadd sabiex jieħu l-eżempju tal-klabb u jgħin f’dawn is-sitwazzjonijiet u wiegħed l-appoġġ tal-klabb lejn iċ-ċkejkna Kate u l-ġenituri tagħha.

Waqt din l-attività, l-istilla Maltija u plejer ġdid tal-Inter Haley Bugeja onoratna bil-presenza tagħha fejn iltaqgħet ma’ Kate u l-ġenituri tagħha kif ukoll mal-membri kollha preżenti.

Il-kumitat flimkien mal-membri feraħ lil Bugeja għal dan it-tragward milħuq fil-karriera tagħha fejn anke ġiet preżentata tarka kommemorattiva tal-okkazzjoni.

Sport