Saturday, December 21, 2024

L-IRĦIS GĦALI

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef
Deputat Laburista

Aqra wkoll

Kultant żmien iqum kjas fuq l-ogħli tal-ħajja u ħaġa tal-iskantament li ħafna mid-drabi jkun il-partit fl-Oppożizzjoni li tqajjem jew tneffaħ dal-fattur. 

Ma xi wħud, speċjalment dawk b’introjtu baxx jew b’nuqqas t’abilltajiet ta’ wealth management dan l-argument jaf jolqot fil-laħam il-ħaj. Li wieħed jindikah ma jkunx qed jagħtik soluzzjoni imma biss konsulazzjoni li ‘m’intix waħdek’. 

Jaffettwa wkoll lil min di natura jinkwieta u għalhekk jaffettwa l-mod ta’ kif wieħed jonfoq u jfaddal. Dan għaliex jidħol il-ħsieb li la l-ħajja qed togħla jfisser li wieħed irid joqgħod iktar lura. 

Meta politikament tintuża din it-tattika għal distabilizzar ekonomiku superfiċjali sservi ta’ prezz għoli għal min jemmen li n-nies għadhom jgħixu b’għamad politiku li dak li jgħid il-ONE jew NET hu vanġelu. Kull ma jmur, iktar huma dawk li m’għandhomx bżonn il-politiċi biex jirnexxu imma lill- politiċi biex ifaslu politiki li jinċentivaw libertà tas-suq u li min jaf jaħdem jiġi premjat. 

L-għajta li l-ħajja qed togħla ma treġix mal-ġenerazzjonijiet moderni li għandhom sens intrinsiku li jekk trid ittejjeb xi ħaġa trid tinvesti, tissagrifika u taqta l-frott. Il-kunċett ta’ middle class ġdid hi frott ta’ din il-mobilità soċjo-ekonomika. 

Biss bogħod minn interpretazzjonijiet u opinjonijiet, ta’ min jagħraf li l-fatti miksuba huma kristall taħt dal-Gvern.

Jean Claude Micallef MP | 3 distrett

Ekonomija

Sport