Tuesday, December 24, 2024

L-irkupru ekonomiku fl-2021 aktar b’saħħtu minn dak mistenni

Aqra wkoll

Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv ta’ Malta nnota li l-indikazzjonijiet juru li l-irkupru fl-attività ekonomika ta’ pajjiżna s-sena li għaddiet kien aktar b’saħħtu milli kien mistenni. Din l-indikazzjoni toħroġ mir-rapport annwali li għadu kif ġie ppreżentat quddiem il-Parlament.

Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv qal li huwa importanti li jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku hekk kif il-pajjiż sejjer lura għan-normalità, minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa bħalissa, fosthom dik tal-inflazzjoni.

Ir-rapport jikkonferma dak li qalu rapporti oħra, fosthom dak tal-Kummissjoni Ewropea. Fi Frar li għadda, fir-rapport annwali tax-xitwa, il-Kummissjoni Ewropea bassret li l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar waħda li se tikber mill-Istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ma’ dawn hemm ukoll ir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali, li minnu ħareġ kif, matul din is-sena, it-tkabbir ekonomiku mistenni jkun ta’ 6 fil-mija.

Ekonomija

Sport