Saturday, December 21, 2024

“L-isfidi ta’ xahrejn ilu se jibqgħu … il-proġetti se jkomplu kif pjanat biex ntejbu l-ħajja tan-nies” – Ian Borg

Aqra wkoll

Miktub minn Brian Gatt

Rigward jekk ċertu proġetti li qabel il-pandemija kienu jidhru aktar bżonjużi ux se jkomplu kif pjanat, il-Ministru Ian Borg għamilha ċara li l-proġetti se jibqgħu bżonn la darba ngħaddu minn dan il-perjodu tal-pandemija.

Borg kompla biex jgħid li meta jgħaddi dan kollu, l-isfida se tibqa’ hemm u ma nistgħux naħsbu li mhux se nesperjenzaw sfidi li konna qed naffaċċjaw sa xahrejn ilu.

Dan fir-rigward ta’ persuni li bħalissa qegħdin jibqgħu ġewwa; kemm jekk billi jaħdmu b’sistema ta’ teleworking jew minħabba li n-negozji tagħhom bħalissa għadhom weqfin minħabba l-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Borg tenna jgħid li dawn il-proġetti se jkunu qed itejbu l-aspett ekonomiku ta’ pajjiżna għax tali investiment se jkunu qed jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna. 

Il-Ministru tkellem dwar dan waqt kuntatt telefoniku mis-sit Lovin Malta.

Ekonomija

Sport