Thursday, April 25, 2024

L-iskarpell ta’ Ronald Pisani rregalat lill-Parroċċa taż-Żebbuġ f’Għawdex

Aqra wkoll

Dalgħodu fil-Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ Għawdex il-familja tal-mibki skultur Ronald Pisani ppreżentaw l-iskarpel li bih l-istess skultur naxxaq l-artal mejda tal-istess Parroċċa.

Hekk kif fiż-Żebbuġ Għawdex daqt tiġi ċċelebbrata l-festa ta’ Santa Marija, dalgħodu saret konċelebrazzjoni Solenni mmexxja mill-Arċipriet Dun Ġwann Sultana.

Fi tmiem il-konċelebrazzjoni, il-familja Pisani rregalat l-iskarpett biex dan jinżamm bħala tifkira tiegħu mill-Parroċċa taż-Żebbuġ. Hu kien ħadem l-artal mejda mnaqqax fl-irħam fl-1981.

Ronald Spiteri miet fid-29 ta’ Marzu ta’ din is-sena fl-età ta’ 72 sena.

Sport