Saturday, December 21, 2024

“L-iskema tal-IIP qed tkompli tagħmel il-ħsara … Aħna minn dejjem konna ċari li ma naqblux”

L-ADPD – The Green Party

Aqra wkoll

Naqblu li fl-Unjoni Ewropea ċ-ċittadinanza hi materja riżervata għall-istati membri. It-trattati tal-Unjoni Ewropeja ma’ jagħtuniex biss drittijiet. Hemm ukoll dmirijiet. Wieħed minnhom huwa dak magħruf bħala l-prinċipju ta’ lealtà li t-trattati Ewopej jirreferu għalih bħala obbligu ta’ kooperazzjoni. Ma jagħmilx sens li kulħadd jimxi għal rasu, b’mod partikolari f’dawk l-oqsma fejn deċiżjoni fi stat tista’ toħloq drittijiet fi stati oħra fl-Unjoni Ewropea.

Dan qalu ċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo meta indirizza konferenza stampa l-Belt Valletta. Preżenti kien hemm id-Deputat Chairperson tal-istess partit Mario Mallia fejn qalu li jafu li l-passaport Malti jagħti dritt ta’ moviment, dritt ta’ residenza u dritt ta’ xogħol f’kull rokna tal-Unjoni Ewropeja. Hemm impatt konsiderevoli fuq l-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk hemm l-obbligu tal-lealtà u l-kooperazzjoni.  

Mario Mallia qal li il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, ħarġet fil-beraħ il-perikli tal-bejgħ taċ-ċittadinanza. L-iskema kienet, u tibqa’, kalamita għal persuni involuti fl-evażjoni tat-taxxa, tal-ħasil tal-flus u tal-kriminalità organizzata. Qal ukoll li barra minn hekk, din l-iskema qed tintuża biex taġevola lill-ispekulaturi tal-art, u biex bini jitħalla vojt għax taparsi ‘residenza’ ta’ persuni li qajla jersqu lejn Malta. 

L-ADPD qal li hu kien l-uniku partit politiku f’Malta li mill-bidu u mingħajr logħob bil-kliem sa mill-2014 saħaq li l-bejgħ taċ-ċittadinanza bi tpartit ma ħlas jew investimenti huwa inaċċettabbli. Qalu wkoll li minħabba li l-gvern baqa’ jwebbes rasu b’din l-iskema, il-Kummissjoni Ewropea għażlet li tipproċedi biex tressaq lil pajjiżna quddiem il-Qorti Ewropea. Barra minn hekk huma qalu wkoll li qabel l-elezzjoni Bernard Grech u l-PN ma ħadux pożizzjoni ċara.  

Ekonomija

Sport