Wednesday, April 17, 2024

Formula 1: Charles Leclerc jirbaħ il-pole position tal-Grand Prix ta’ Singapore

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), illum se jibda mill-ewwel po­żizzjoni fil-Grand Prix ta’ Singapore meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali. Huwa rreġistra ħin ta’ minuta u 49.412 sekondi.

Mit-tieni pożizzjoni se jibda l-Messikan Sergio Pe­rez (Red Bull), segwit mill- Britanniku Lewis Ha­milton (Mercedes) u l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari).

Iċ-champion renjanti u l-leader tal-klassifika, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) se jibda mit-tmien post wara żball tekniku  mit-team tiegħu fejn ġie ordnat biex jabbanduna l-prova tiegħu biex  jidħol fil-pit-stop. Dan minħabba li kellu problema fil-fuel iżda huwa ried jibqa’ fuq it-trakka iżda mbagħad kellu jċedi għall-ordnijiet tat-team tiegħu.

Ekonomija

Sport