Sunday, December 22, 2024

L-Iskozja b’restrizzjonijiet ġodda biex tilqa’ għall-imxija tal-coronavirus

Aqra wkoll

Mill-bieraħ filgħaxija ġew introdotti restrizzjonijiet ġodda fl-Iskozja għal pubs, bars, restoranti u kafetteriji bil-għan li tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19.

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż dawn l-istabbilimenti se jitħallew joperaw fuq ġewwa biss bejn is-6.00 a.m. u s-6.00 p.m. u fost ir-restrizzjonijiet hemm li ma jistgħux iservu alkoħol.

Madankollu huma jistgħu jibqgħu jbigħu xorb sal-10.00 p.m. sakemm jagħmlu dan fuq barra.

Fl-istess waqt pubs u restoranti liċenzjati f’ħames żoni ġew imġegħlin jagħlqu għal 16-il jum, u se jitħallew biss jipprovdu servizzi ta’ takeaway. Dawn il-miżuri temporanji se jkunu qed jiġu fi tmiemhom nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru.

Ħwienet intalbu wkoll li jerġgħu jadottaw id-distanza soċjali ta’ żewġ metri filwaqt li jerġgħu josservaw miżuri li kienu ddaħħlu aktar kmieni fil-pandemija.

Sports ta’ kuntatt għal adulti minn 18-il sena ’l fuq qed jiġu sospiżi għall-ġimagħtejn li ġejjin, apparti dawk l-isports professjonali.

Attivitajiet ta’ eżerċizzju li jsiru fuq ġewwa se jkollhom jitwaqqfu, madankollu gyms se jitħallew jilqgħu lill-klijenti tagħhom għal eżerċizzji individwali.

Ekonomija

Sport