Saturday, December 21, 2024

L-iskwadra tal-Marokk evakwata b’suċċess mill-Guinea wara kolp ta’ stat

Aqra wkoll

L-iskwadra tal-Marokk ġiet evakwata b’suċċess mill-Guinea wara li nqabdet f’kolp ta’ stat qabel il-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

It-team kien wasal il-Guinea nhar is-Sibt u kellu sessjoni waħda ta’ taħriġ, iżda l-Ħadd fil-għodu sabu ruħhom maqbuda fil-lukanda waqt li l-isparar barra ma waqafx.

Grupp armat kien għamel kolp ta’ stat, issospenda l-kostituzzjoni, ħa lill-President ostaġġ u imblokka kull vjaġġ għal ġimgħa.

Issa huma ġew evakwati b’suċċess mil- lukanda u ttieħdu l-ajruport, fejn l-ajruplan kien qed jistenna biex jeħodhom lura l-Marokk.

Il-logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, li kellha ssir l-bieraħ, ġiet kanċellata minħabba s-sitwazzjoni politika u ta’ sigurtà ‘pjuttost volatili’ fil-Guinea.

Mhuwiex ċar jekk l-iskwadra tal-Gui­nea kinitx kapaċi titlaq ukoll, peress li din tinkludi l-midfielder ta’ Roma, Amadou Diawara, u l-midfielder ta’ Liverpool, Naby Keita.

Ekonomija

Sport