Saturday, May 18, 2024

Il-PL jista’ jirbaħ l-elezzjoni b’maġġoranza ta’ 48,000

Aqra wkoll

Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika dwar iż-żewġ partiti l-kbar – il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista – li sar mill-MaltaToday ikkonferma d-distakk sinifikanti bejn iż-żewġ partit tant li kieku kellha ssir elezzjoni llum il-PL jerġa’ jirbaħ b’maġġoranza kbira ta’ 33,000 vot. 

Dan id-distakk sinifikanti mhux biss huwa rifless fil-popolarità bejn iż-żewġ partiti imma anki bejn il-mexxejja fejn il-Prim Ministru Robert Abela qed iġawdi vantaġġ ta’ 22 punti perċentwali fuq il-kap nazzjonalista Bernard Grech li kompla naqqas mill-appoġġ lejh.

Minn analiżi li għamel ta’ dan l-istħarriġ li kien ippubblikat nhar il-Ħadd li għadda, l-opinjonista u storiku Dr Simon Mercieca fil-blog tiegħu ikkonkluda li l-istess stħarriġ jagħti ‘diksata’ lill-Partit Nazzjonalista u dan minkejja l-konklużjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tpoġġija ta’ Malta fil-lista l-griża tal-FATF.

Mercieca ġustament jgħid li dawn iż-żewġ episodju ma kellhom ebda effett serju fuq l-opinjoni pubblika tant li d-distakk bejn il-PL u l-PN kompla jikber filwaqt li l-appoġġ għal Bernard Grech naqas aktar.

Dan kompla jikkonferma x-xejra negattivi għal kap nazzjonalista tant li fi tliet stħarriġ konsekutivi li saru huwa dejjem naqqas l-appoġġ lejh minn survey għal ieħor.

Simon Mercieca jinnota woll li s-survey ta’ nhar il-Ħadd li għadda  kienu 75% li qalu lil min se jivvutaw miż-żewġ partit l-kbar fejn 44% ikkonfermaw l-appoġġ tagħhom għall-PL u allura se jivvutaw Labour u 31% se jivvutaw PN.

Fatt ieħor li jirriżulta minn dan l-istħarriġ hu li l-ingaġġ ta’ Christian Peregin bħala strateġista u l-uċuħ ġodda li gew eletti fit-tmexxija tal-PN fosthom is-segretarju ġenerali Michael piċċinino ma ħallew ebda effett notevoli fuq il-votanti nazzjonalisti.

Dr. Mercieca fil-blog tiegħu jgħid iktar minn hekk. Huwa jsemmi kif it-tendenza Maltija fl-elezzjonijiet ġenerali kważi dejjem kienet li joħorġu jivvutaw madwar 90% ta’ l-elettorat.

B’mod konkret u fi ftit kliem, jekk din it-tendenza tibqa’ konsistenti u stabbli u joħorġu jivvutaw mill-inqas 90% tal-elettorat, ir-riżultat ikun 52% għal Partit Laburista u 36% għall-Partit Nazzjonalista. Jekk jintlaħaq dan it-turnout id-distakk bejn iż-żewġ partit l-kbar ikun ta’ 48,000 favur il-PL li tfisser ukoll maġġoranza Laburista ikbar minn dik tal-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u l-2017.

Kieku kellna noqogħdu fuq dan, minnu nnifsu jkun ifisser disfatta u tkaxkira elettorali oħra għall-PN u allura ħames snin oħra fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni.

Sport