Il-federazzjoni tal-futbol Iżlandiża ħabbret li neħħiet mill-kariga lill-kowċ tat-tim nazzjonali Arnar Vidarsson.
Fi stqarrija din il-federazzjoni qalet li hemm bżonn ċaqliqa fir-riżultati bil-president Vanda Sigurgeirsdottir li sostniet li kontra qalbhom kellhom jieħdu din id-deċiżjoni.
L-Iżlanda ġejjin minn rebħa kbira ta’ 7-0 kontra Liechtenstein għalkemm tilfu kontra l-Bosnja 3-0 fi grupp J ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024.
Viðarsson kien ilu fil-kariga minn Diċembru 2020 fejn minn 31 partita fit-tmun tat-tim kellu tmien rebħiet, 11-il draw u 12-il telfa.