L-iskwadra Spanjola ma tistax tieħu l-ikel li trid waqt it-tournament tat-Tazza tad-Dinja li se jingħata bidu għali nhar il-Ħadd li ġej.
Kull meta l-Ispanjoli jilagħbu barra minn darhom huma jieħdu magħhom l-ikel tradizzjonali “Jamon Iberico” li l-koki tat-team nazzjonali għandhom it-tendenza li jagħżlu b’attenzjoni għal kull tournament. Dan huwa ikel fin tal-majjal li huwa pprojbit fil-pajjiżi Għarab.
Barra minn hekk, jekk jirbħu dan it-tournament ma jistgħux jiċċelebraw bl-aktar xarba favorita tagħhom, “Cava” minħabba li l-konsum alkaħoliku huwa wkoll ipprojbiet f’dan ir-reġjun tad-dinja.