L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, indirizza d-dibattitu ġenerali tal-153 Assemblea tal-Unjoni Interparlamentari (IPU), li qed issir f’Arusha, fit-Tanzanija.
Id-dibattitu ffoka fuq il-governanza tajba u t-tisħiħ tal-komunitajiet permezz tal-inklużjoni, il-fiduċja u opportunitajiet għal kulħadd. Fl-intervent tiegħu, l-Ispeaker tkellem dwar l-impenn ta’ Malta favur l-inklużjoni, id-djalogu parlamentari u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem.
L-Ispeaker qed imexxi d-delegazzjoni parlamentari Maltija, flimkien mal-Membri Parlamentari Deborah Schembri u Bernice Bonello.

