Thursday, October 8, 2026
Home Sport Dzintra Grech u Katrina Vella jikisu tragward storiku għal Malta … jikkwalifikaw...

Dzintra Grech u Katrina Vella jikisu tragward storiku għal Malta … jikkwalifikaw għall-HYROX Challenger 15

0
56

Dzintra Grech u Katrina Vella kisbu tragward storiku għal Malta wara li kkwalifikaw għall-HYROX Challenger 15, u b’hekk assiguraw posthom fost l-aqwa timijiet tad-doubles f’dan l-isport.

Iċ-Challenger 15 huwa parti mill-HYROX Elite Series u jlaqqa’ flimkien atleti li jinsabu kklassifikati bejn is-16 u t-30 post fil-klassifika globali uffiċjali. Din il-kompetizzjoni toffri lill-atleti l-opportunità li jikkompetu fuq l-istess livell tal-aqwa kompetituri tad-dinja fil-HYROX u li jisfidaw biex jgħaddu għall-Elite 15.

Għal Grech u Vella, din il-kwalifikazzjoni tirrappreżenta mument sinifikanti għall-isport Malti, hekk kif saru l-ewwel atleti Maltin li laħqu dan il-livell ta’ kompetizzjoni fil-HYROX.

Is-suċċess tagħhom huwa frott ta’ prestazzjonijiet internazzjonali mill-aqwa. Il-klassifiki attwali tal-HYROX ipoġġu lil Dzintra Grech u Katrina Vella fost l-aqwa timijiet tad-doubles tan-nisa fid-dinja, filwaqt li l-wirjiet riċenti tagħhom komplew isaħħu l-preżenza ta’ Malta fix-xena internazzjonali tal-HYROX.

L-Elite Series hija mfassla biex turi lill-aqwa atleti ta’ dan l-isport fuq livell globali, b’tiġrijiet li jiksbu attenzjoni kbira fix-xandir. Issa, iż-żewġ atleti se jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fuq palk internazzjonali u juru d-determinazzjoni, it-tħejjija u l-kapaċità kompetittiva tagħhom kontra l-aqwa atleti tad-dinja.

Dan il-kisba timmarka pass ieħor importanti ’l quddiem għall-HYROX f’Malta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here