Tuesday, April 30, 2024

L-ispirtu tal-Milied fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Għal ħafna llum kien jum ta’ mistrieħ fejn fil-maġġor parti kbira tagħhom qattgħuh mal-familja. Uħud iżda sfruttaw mit-temp bnazzi biex jitilgħu jgawdu l-atmosfera tal-Milied fil-Belt Valletta b’mod speċjali ħdejn Pjazza Tritoni li bħalissa qed tospita l-villaġġ tal-Milied.

Uħud osservaw il-fatt li f’ċertu postijiet ma nġemgħux ħafna nies anke minħabba l-fatt li bosta jistgħu jkunu għażlu li jqattgħu dan il-jum ġewwa jew minħabba ċ-ċirkostanzi li pajjiżna, bħall-bqija tad-dinja, qed jesperjenza.

Minkejja kollox, dawk li żaru l-Belt Valletta kemm illum kif ukoll fil-jiem preċedenti żgur u mhux forsi tpaxxew bid-diversi tiżjin u dawl dekorattiv tipiku ma’ dawn iż-żminijiet.

Sport