Saturday, December 28, 2024

L-Isqof Mario Grech b’għotja ta’ €50,000 biex jinxtara ventilator

Aqra wkoll

Fi żmien xahar id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret is-somma ta’ €50,000 ħalli jinxtara ventilator mill-awtoritajiet tas-saħħa.

F’ittra indirizzata lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, l-Isqof Mario Grech qal li kien qed jgħaddi s-somma miġbura biex jiġi megħjun l-isforz nobbli kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Tenna li parti mhux żgħira mis-somma huwa s-sehem li offrew il-qassisin infushom.

L-ittra miktuba mill-Isqof Mario Grech kompliet tgħid li “kienet l-intenzjoni tiegħu li jinġabru fondi biex jinxtara ventilator li jassisti fil-kura tal-pazjenti li l-aktar jintlaqtu ħażin mill-virus, preferibbilment dawk minn Għawdex.”

Intant l-Isqof Grech tenna li t-total tas-somma miġbura tlaħħaq is-€60,230, bil-flus li jibgħu wara li ssir l-għotja ta’ €50,000 se tkun qed tingħadda lill-Uffiċċju tad-Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex biex tingħata għajnuna lil dawk li qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Ekonomija

Sport