Friday, November 15, 2024

L-istaġun għal Paul Pogba huwa mitmum

Aqra wkoll

L-istaġun għall-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Juventuns, Paul Pogba, huwa mitmum hekk kief nhar il-Ħadd li għadda kellu jħallu l-ground bid-dmugħ f’għajnejh wara li sofra injury muskolari fil-koxxa,  fl-24 minuta, tar-rebħa ta’ 2-0 tal-Bianconeri fuq Cremonese.

Fortunatament, it-testijiet mediċi kkonfermaw li l-injury mhijiex gravi daqs kemm kien antiċipata, li iżda, temmet l-istaġun tiegħu. 

Din kienet l-ewwel darba li Pogba kien fil-formazzjoni inizjali fi 390 jum wara li huwa kien strumentali (bħala sostitut) fid-draw ta’ 1-1 kontra Sevilla, fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Europa League, fejn ipprovda l-assist għal Federico Gatti biex salva r-riżultat għall-Biancomeri fis-97 minuta. 

L-aġenta ta’ Pogba, Rafaela Pimenta, serrħet ras il-partitarji li l-injury hija waħda mimina iżda mhux se jkun f’siktu biex ikompli l-istaġun hekk kif se jintemm proprju aktar tard dan ix-xahar.  

Ekonomija

Sport